La Stella Fireworks Factory

Murtali


Fergħa oħra fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella hija l-fergħa tan-nar bil- membri tagħha fil-La Stella Fireworks Factory. Din il-fergħa taħdem fuq bażi volontarja u ta’ kull sena tħejji programmi u spettakli pirotekniċi mill-isbaħ kemm għall-Festa tal-Madonna tar-Rużarju kif ukoll għal numru ta’ festi oħra madwar Malta u Għawdex. Filwaqt li d-dilettanti tan-nar fi ħdan il-La Stella Fireworks Factory ilhom jipprattikaw u jħejju nar għall-festa sa mill-bidu tas- seklu 20, kien fl-1988 li l-ħolma ta’ dawn in-nies saret realtà u dan meta b’ħidma kkordinata mal-kumitat ċentrali inxtrat u nbena l-post tan-nar f’Ta’ Rażżat L/O tal-Gudja.



Il-membri tal-La Stella Fireworks Factory ipparteċipaw f’numru ta’ kompetizzjonijiet lokali b’riżultati tajbin u sodisfaċenti kemm bin-nar tal-art kif ukoll bin-nar tal-ajru. Infatti matul is-snin, il-La Stella Fireworks Factory irnexxielha tibni isem fil-qasam tal-piroteknika lokali permezz ta’ diversi unuri fosthom, it-tielet post fil-Festival tan-Nar tal-Art Mekkanizzat fl-2009, it-tieni u t-tielet post fil-Malta International Fireworks Festival tal-2010 u l-2011 rispettivament, kif ukoll b’żewġ Malta Records, wieħed fin-nar tal-ajru u ieħor fin-nar tal-art, li għadhom fis-seħħ sal-lum.

Nar tal-art