Amministrazzjoni

It-tmexxija tas-Soċjetà Filarmonika La Stella taqa’ taħt ir-responsabilità tal- kumitat ċentrali. Il-kumitat, filwaqt li huwa marbut bl-istatut tas-Soċjetà, dejjem iżomm quddiem għajnejh il-ġid tal-festa, s-soċi u l-Gudjani. Il-kumitat ċentrali jiġi elett permezz ta’ elezzjoni minn fost is-soċi u jkun magħmul minn mhux anqas minn ħdax-il membru effettiv li jinkludi wieħed elett waqt seduta ġenerali annwali tal-bandisti (mill-bandisti). Is-Surmast tal-Banda, d-Diretturi Spiritwali tas-Soċjetà u l-Osservatur tal-Fratellanza huma wkoll membri onorarji tal-kumitat iżda ma għandhomx vot. Il-membri eletti jaħtru minn fosthom il-karigi eżekuttivi li jinkludu dik ta’ President, Segretarju u Kaxxier. It- tqassim tal-kariga l-oħra jiġu magħżula u maqbula mill-istess membri eletti fl- ewwel laqgħa tal-kumitat.

Kull soċju jista’ jikkontesta l-elezzjoni għall-membru tal-kumitat u dan jista’ jsir billi jimtlew l-applikazzjonijiet apposta li jinħarġu ftit qabel is-seduta ġenerali annwali. Madanakollu, dawk kollha li jikkontestaw irid ikollhom il-ħlas tat- tessera annwali tagħhom aġġornata.




Presidenti



president
Gio Maria Galdes
1919 - 1924
president
Giuseppe Cutajar
1925 - 1927
president
Eugenio Micallef
1928 - 1934
president
Antonio Borg
1935 - 1936
president
Gio Maria Abdilla
1937 - 1948
president
Giovanni Sghendo
1949 - 1951
president
Gio Maria Abdilla
1952 - 1960
president
Magistrat Dr. Gawdenz P Borg LLD
1961 - 1985
president
Giovanni Farrugia
1986 - 1989
president
Francesco Agius
1990 - 1993
president
Carmelo Pace
1994 - 2000
president
Salvatore Mifsud
2001 - 2002
president
Toninu Caruana
2003 - 2013
president
Michel Mifsud
2014 -