Banda

L-għan prinċipali tal-Banda La Stella sa minn dejjem kien u għadu li toffri tagħlim tal-mużika b’xejn lil dawk kollha li juru rieda lejn xi strument jew ieħor b’mod partikolari lit-tfal u ż-żgħażagħ Gudjani.



Il-Banda La Stella twieldet fl-1919 bl-isem Circolo Musicale La Stella u fil-forma ta’ orkestra immexxija mis-Surmast Vincenzo Caruana. L-orkestra kienet tieħu sehem fil-festi ewlenin kollha li kienu jsiru fil-Gudja u li jinkludu l-Festa ta’ Santa Marija, il-Festa tal-Madonna tal-Warda u l-Festa tal-Madonna tar- Rużarju. Fl-1936 l-orkestra ġiet trasformata f’banda u ngħatat l-isem li għada b’unur iġġor sal-lum, Banda La Stella fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella. L- ewwel Surmast tal-Banda La Stella kien is-Sur Giovanni Maria Galdes.


Il-Banda La Stella hija waħda mill-iktar baned storiċi ta’ pajjiżna u dan jixduh l- ammont kbir ta’ unuri nazzjonali li nkisbu fil-konkorsi bandistiċi karnivaleski li saru bejn is-snin sebgħin u snin tmenin, l-ammont sabiħ ta’ onorifiċenzi, fosthom saħansitra standard Amerikan mtajjar fuq il-White House f’għeluq il- ħamsin sena tal-banda u kif ukoll iż-żjara fit-Tuneżija tal-1996. Din iż-żjara tibqa’ mfakkra bħala ż-żjara li stabbilixxiet lill-Banda La Stella bħala l-Banda Ambaxxattriċi tal-Gudja b’impenji ‘l hinn minn xtutna.




Lista Ta' Surmastijiet


president
Mro. Vincenzo Caruana
1919 - 1921
president
Mro. Salvatore Azzopardi
1922 - 1926
president
Mro. Giomaria Abdilla
1927 - 1945
president
Mro. Emanuel Camilleri
1945
president
Mro. Angelo Pace L (Mus) LCM MPRS (London)
1946 - 1998
president
Mro. Francis Pace
1998 - 2012
president
Mro. Michael Pulis
2013 - Present