Socjeta

Aktarx illi, ahna l-Maltin meta nisimghu bis-sena 1919, il-hsieb taghna mill-ewwel imur fuq l-irvellijiet tas-Sette Gugnio.Izda ghalina Gudjani s-sena1919 tfakkarna wkoll fi grajja storika ohra. Din hija t-twaqqif tac-Circolo Musicale La Stella.

Fl-1914 faqqghet l-ewwel gwerra kbira li damet tkaxkar sa l-1918. Missirijietna hallew il-gwerra tispicca u s-sena ta wara fl-1919, qablu u ddecidew bejniethom, li jiffurmaw u jwaqqfu ghaqda u kazin. Hawn hekk insibu lit-tliet fundaturi tac-Circolo Musicale La Stella, jikru l-ewwel dar biex tilqaghhom bhala kazin f’numru 1, Triq id-Dejqa, li kellha gallarija fis-sular ta’ fuq, tghati ghal pjazza. Dawn it-tliet fundaturi kienu Gio Maria Abdilla (li fil-Gudja mgharuf bhala ” Ta’ Bexxaq”), Anglu Dalli (li nafuh bhala ”Josu”) u kif ukoll Carmelo Zammit (li nafuh bhala l-”Qondos”). L-ghan ewlieni li ghalieh giet mwaqfa s-Socjeta’ Muzikali La Stella li titwaqqaf orkestra biex fil-festa tal-Madonna tar-Ruzarju tibda idoqq gewwa l-knisja kif ukoll fil-festa ta barra. Hekk twieldet ic-Circolo Musicale La Stella, biex 1936, l-orkestra La Stella giet trasferita f’ Banda.Is-soci fi hdan il-kazin La Stella, sa min dejjem kellhom ideat progressivi. Ix-xiri tal-karozza li illum nafuhom bhala karozzi tal-linja huwa ezempju ta’ dan. Fis-sena 1925, jigifieri meta l-kazin La Stella kien ilu biss sitt snin imwaqqaf, kien hemm, fost is-soci,numru minnhom mhux hazin jahdmu tarzna u billi dak iz-zmien kien ghad m’ hawnx mezzi ta transport hlief f’xi karozzin jew xi karettun bil-bhima, dawn il-haddiema kellhom ta’ bilfors, imorru kuljum gewwa Bormla u jigu lura bil-mixi. Ghaxra min dawn is-soci haddiema tat-tarzna hargu 20 sterlina kull wiehed (li ghal dak iz-zmien kienet somma kbira) biex jixtru din il-karozza tal-linja.Il-karozza semmewha s-Saint Mary. Barra li din il-karozza kienet taqdihom biex imorru ghax-xoghol it-tarzna, is-soci gieli kienu jorganizzaw xi harga ghal xi festa f’xi belt jew rahal.

Pass ghaqli min missirijietna kien li min dar numru 1, Triq id-Dejqa giet trasferita billi krew din id-dar kbira fejn qieghdin illum f’numru 145, Triq il-kbira fil-pjazza tal-Knisja. Din id-dar antika kienet ir-residenza tal-kappillan u f’xi zmien iehor serviet bhala Muzew ghat-taghlim tad-duttrina lit-tfal. Fl-1971, il-kumitat, b’ sagrificcji kbar, xtara din id-dar, biex b’ikunu jistghu jbidlu u jghamlu kostruzzjoni li jghoddu ghal kazin tal-banda. Flok il-hafna kmamar zghar. Inbnew zewg swali kbar, wahda isfel u ohra fuq.

Fl-1990 il-kumitat ta’ dak iz-zmien xtara dar ohra antika, magenb u li tmiss mal-kazin, li fiha kien hemm gnien kbir u mill-ewwel inbidel f’bitha kbira ghal kazin.Il-hsieb imminenti kien li din id-dar antika tinhatt u jinbnew kmamar moderni, li huma ta’ htiega ghal kazin tal-banda fiz-zminijiet tal-lum.

Fl-1986 il-kumitat tal-kazin,flimkien mad-delegati tan-nar xtraw hafna ghelieqi l’ boghod,izda fil-limiti tal-Gudja, u bnew kmamar moderni fejn ikun jista’ jinhadem in-nar, skond il-ligijiet tal-puluzija. Ix-xoghol tal-bini sar mill-istess dilletanti tan-nar u hekk illum, La Stella Fireworks Factory, hija wahda mill-izjed moderni u komdi li hawn f’Malta.

Matul dawn iz-zminijiet tas-Socjeta’ mifruxa fuq 92 sena s-Socjeta’ La Stella kellha 12-il-membru li okkupaw il-kariga ta’ President. Dawn kienu Gio Maria Galdes 1919-1924, Giuseppe Cutajar 1925-1927, Eugenio Micallef 1928-1934, Antonio Borg 1935-1936, Gio Maria Abdilla 1937-1948 u 1952-1960, Giovanni Sghendo 1949-1951, Magistrat Dr Gawdenz P Borg LLD 1960-1985, Giovanni Farrugia 1986-1989, Francesco Agius 1990-1993, Carmelo Pace 1994-2000, Salvatore Mifsud 2001-2002 u mill 2003 sal-lum Toninu Caruana. Is-Socjeta Filarmonika La Stella hija, kollha kemm hi taht id-direzzjoni assoluta tal-Kumitat Centrali, li jigi elett demokratikament bil-voti tas-soci.Il-Kumitat huwa maghmul minn 15 il-membru, fejn huwa responsabli ghall-amministrazzjoni, propjeta’ u kull haga ohra li tikkoncerna il-Kazin.

Din hija fil-qosor, l-istorja tas-Socjeta’ Filarmonika La Stella tal-Gudja. Bhal ma wiehed jinnota, bhal hafna kazini tal-banda ohra f’ Malta, s-socjeta’ La Stella twieldet mill-Fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju. Ghalhekk il-Kazin taghna jgawdi wkoll it-titlu sabih tal-Kazin tar-Ruzarju.

 

Presidenti

Gio Maria Galdes 1919-1924
Giuseppe Cutajar 1925-1927
Eugenio Micallef 1928-1934
Antonio Borg 1935-1936
Gio Maria Abdilla 1937-1948
Giovanni Sghendo 1949-1951
Gio Maria Abdilla 1952-1960
Magistrat Dr   Gawdenz P Borg LLD 1960-1985
Giovanni Farrugia 1986-1989
Francesco Agius 1990-1993
Carmelo Pace 1994-2000
Salvatore Mifsud 2001-2002
Toninu Caruana 2003-2013
Michel Mifsud 2014 –