Misteri tat-Tbatija

L-Ewwel Misteru: Meta Sidna Gesu’ Kristu talab fil-gnien tal-Gezzemani.misteri tal-tbatijaImbagħad Ġesu’, flimkien mad-dixxipli tiegħu, wasal f’qasam, jgħidulu l- Ġetsemani, u qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu bil-qiegħda hawn sa kemm immur nitlob.” U ħa miegħu lil Pietru, u ż-żewġ ulied ta’ Żebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq. Imbagħad qalilhom: “Għandi ruħi mnikkta għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru miegħi.” Mexa kemmxejn ‘il quddiem, inxteħet wiċċu fl-art jitlob, u qal: “Missier, jekk jista’ jkun, biegħed minni dan il-kalċi! Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int.”

 

It-Tieni Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu kien marbut mal-kolonna u fflagellawh.misteri tal-tbatijaPilatu sejjaħ flimkien il-qassisin il-kbar u l-kapijiet tal-poplu u qalilhom: “Ġibtuli quddiemi lil dan il-bniedem bħala wieħed li qed ixewwex lill-poplu. Ara jien stħarriġtu quddiemkom fuq l-akkużi li qegħdin iġġibu kontra tiegħu, u ma sibt ebda ħtija fih. U anqas Erodi ma sab, għax reġa’ bagħtu quddiemna. Qegħdin taraw, mela, li ma għamel xejn li ħaqqu l-mewt. Għalhekk nagħtih is-swat u nitilqu.”

 

It-Tielet Misteru: Meta Sidna Gesu’ Kristu kien inkurunat bix-xewk.misteri tal-tbatijaImbagħad, Pilatu ordna li jieħdu lil Ġesu’ u jagħtuh is-swat. Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur. U bdew ġejjin quddiemu u jgħidulu: “Is-sliem għalik ja sultan tal-Lhud!” U bdew jagħtuh bil-ħarta.

 

Ir-Raba’ Misteru: Meta Gesu’ kien mghobbi bis-salib minghand Pilatu sal-kalvarju.misteri tal-tbatijaHuma u sejrin bih, qabdu wieħed jismu Xmun minn Ċireni, li kien ġej lura mir-raba’, u għabbewh bis-salib biex iġorru wara Ġesu’. Kotra kbira ta’ nies kienet miexja warajh; fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh. Imma Ġesu’ dar lejhom u qalilhom: “Nisa ta’ Ġerusalem, mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom. Għax, araw, għad jiġi żmien meta jgħidu, ‘Ħienja dik li ma għandiex tfal, ħieni l-ġuf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma redda’!” Imbagħad jibdew igħidu lill-muntanji, ‘Aqgħu fuqna!’, u lill-għoljiet,’Ordmuna!’ Għax jekk dan kollu qegħdin jagħmluh liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?”

 

Il-Hames Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu miet fuq is-salib.misteri tal-tbatijaHemm huma salbuh ma’ tnejn oħra, wieħed kull naħa, u Ġesu’ fin-nofs. Pilatu għamel kitba u waħħalha fuq is-salib; fiha kien hemm miktub, “Ġesu’ ta’ Nażaret, is-sultan tal-Lhud”. Ġesu’, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: “Għandi l-għatx!” Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall: huma xarbu sponża bil-ħall, waħħluha ma’ qasba ta’ l-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. Kif Ġesu’ ħa l-ħall qal: “Kollox hu mitmum!” Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu.