Misteri tal-Glorja

l-Ewwel Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu qam minn bejn l-imwiet.misteri tal-glorjaKien il-Ħadd , l-ewwel tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. Tbaxxa, u ra il-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta’ l-għażel imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu, dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed għalih. Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen.

 

It-Tieni Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu tela’ s-sema.misteri tal-glorjaWara li qal dan , huma u jħarsu lejh, kien meħud ’il fuq, u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom. Waqt li kienu b’għajnejhom fis-sema jħarsu lejh sejjer, f’daqqa waħda dehru ħdejhom żewġ irġiel libsin l-abjad, u qalilhom: “Irġiel tal-Galijija, x’intom tħarsu lejn is-sema? Dan Ġesù li kien meħud minn magħkom lejn is-sema, għad jerġa jiġi kif rajtuh sejjer”

 

It-Tielet Misteru: Meta l-Ispirtu Santu nizel fuq l-appostli.misteri tal-glorjaKien nhar l-Għid il-Ħamsin, u huma kienu lkoll flimkien f’post wieħed. F’daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi, u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin. U dehrulhom ilsna qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom. Imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, skond ma l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu.

 

Ir-Raba’ Misteru: Meta Sidtna Marija kienet imtella’ s-sema bir-ruh u l-gisem.misteri tal-glorjaImbagħad qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-Ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu…Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli ħienja, għax is- setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu. Hu wera l-qawwa ta’driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin. Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom ‘l barra b’xejn. Ħa ħsieb Israel qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu – bħalma wiegħed lil missirijietna – b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.

 

Il-Hames Misteru: Meta Sidtna Marija kienet inkurunata sultana tas-sema u tal-art.misteri tal-glorjaU deher sinjal kbir fis-sema : Mara,liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.