Misteri tal-Ferh

l-Ewwel Misteru: “Meta l-Anglu Gabrijel habbar lil Marija li kellha tkun Omm Alla”.misteri tal ferhFis-sitt xahar, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nażaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”

 

It-Tieni Misteru: “Meta marret izzur lill-qariba taghha Elizabetta”.misteri tal ferhF’dawk il-ġranet, Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliużabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!

 

It-Tielet Misteru: Meta Sidna Gesu Kristu twieled fil-ghar ta’ Betlem.misteri tal ferhF’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. Dan kien l-ewwel sar meta Kirinu kien Gvernatur tas-Sirja. Ukulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nażaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila. Ġara li meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.

 

Ir-Raba’ Misteru: Meta Sidtna Marija pprezentat lil binha Gesu’ fit-Tempju.misteri tal ferhWara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li kull tifel li jitwieled l-ewwel jiġi kkonsagrat lill-Mulej, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċiecen, kif jingħad ukoll fil-Liġi ta’ Mosè.

 

Il-Hames Misteru: Meta Sidtna Marija sabet lil Gesu’ fit-Tempju.misteri tal ferhTa’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesú kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta Ġesú kellu tnax-sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesú baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh. Wara tliet ijiem sabuh fit-tempju, bil-qiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu.