Mahzen Tal-Armar

with No Comments

L-armar li naraw fit-toroq fiz-zminijiet tal-festa huwa ukoll frott il-hidma dejjiema li kull sena jahseb fiha kif ser isebbah ir-rahal tal-Gudja ghal-festa tal-Madonna tar-Ruzarju. Tista’ tghid li twelid ta’ l-armar fis-Socjeta’ taghna kien fl-1986. F’dik is-sena nhadmu sett ta tnax il-pilandra u kif ukoll sett ta pavaljuni li komplew isebbhu r-rahal tal-Gudja fiz-zminijiet tal-festa. Fl-1996 inhasset il-htiega li issir statwa bix-xbijha tal-Madonna tar-Ruzarju u fl-1997 ingabet min ghand l-istatwarju bravu Jesmond Bonello u min Palazz Bettina idahhlet fil-pjazza akkumpanjata bil-banda fost il-ferh u l-entuzjazmu tal-partitarji Rizurjanti.la-stella-band-gudja-dwar_armar

Maz-zmien ix-xoghol ta l-istatwi kompla jizdied u llum ghandna kullana artistika ta statwi li jimlew il-pjazza. Insemmu lil San Duminku, Santa Katerina, Santa Roza, San Vincens Ferreri u kif ukoll l-istatwa ta’ Malta li tfakkar ir-rebha tal-Maltin fuq it-Torok. Maz-zmien saret manutenzjoni fuq il-kolonni tal-pilandri fej gew rhamati mill-artist Raymond Galea u twahhlet skultura mirquma fuqhom. L-istess pilandri gew sprenjati b’lewn dehebi u twahlulhom globi biex jixghelu l-pjazza fiz-zminijiet tal-festa.la-stella-band-gudja-dwar_armar-photo

Fis-sena 2004 gie mzanzan l-ewwel trofej fejn gie milqut b’kummenti pozitivi ghal originalita tieghu u tlett snin wara hallejna hafna nies impresjonati bis-sbuhija li spikkat fuq dan l-istess trofej. Fl-2006 gie mahdum gmiel ta pavaljun mahdum mis-soci fi hdan il-kazin, li paxxa bosta Maltin u barranin. Zdiedet il-mixghela fit-toroq, filwaqt li tkompla ix-xoghol ta’ liedna w kif ukoll inhadmu sapraporti godda ghal mal-fustuni. Idejha tant sabiha li ntghogbot minn hafna nies. Is-sena 2007 ser tibqa mfakkra ghal ghal prezentazzjoni tass-sett trofej kwazi kompluti mix-xoghol rikjest mitlub ghal fuqhom. F’ din is-sena nibtet il-hajra u determinazzjoni sabiex jibda jinhadem xoghol delikat, dak ta l-induratura, taght l-ghajnuna ta Raymond Galea. F’ sena wahda giet indurata mat-800 bicca skultura ta qisien varji w b’hekk l-armar kollhu fil-festa 2008 kien idominat min lewn dehebi. Is-sena 2009 tlesta ix-xoghol fuq il-pedistal ta l-istatwa ta Malta li tisimbolizza ir-rebha storika tal-Mltin fuq it-torok. Is-sena 2010 prezentajna erba pedistalli li fuqhom jigu armati sett ta statwi Dumnikani. Sena li mahzen ta l-armar zgur li qatt ma ra hidma kontinwa u mimlija sagrificcju biex f’sena wahda dawn l-erba pedistalli jkunu prezentati fil-pjazza fiz-zminijiet tal-festa kompluti min kollox. L-2011 ukoll ser tkun storika ghal fatt li ser jinghata bidu fuq ix-xoghol tal-plancier li ftit snin ohra nipprezentawh lil banda La Stella.