Ir-Rahal

with No Comments

Il-Gudja rahal kwiet pitoresk mimli bi storja.Isem tal-Gudja ghandu mdawwar mieghu bosta tifsiriet, izda huwa wisq probbabli li tnissel mill-kelma fil-lingwa gharbija li tfisser gholja u dan ghaliex hija mibnija fuq wahda mill-iktar postijiet gholjin fin-nofsinhar ta gziritna. Fl-1436 il-kapella ta Bir Miftuh saret wahda mill-ghaxar parrocci f’ Malta u kienet iddedikata lil tlugh fis-sema ta’ Marija Vergni. Ghal bosta snin servit biex taqdi il-bzonnijiet spiritwali tal-poplu tal-madwar li llum huma rhula maghrufa ta’ Hal-Farrug. Safi, Luqa, Kirkop, Tarxien, Birzebbuga u kif ukoll l-imqabba w hekk ilkoll kienu jghamlu parti mill-istess parrocca. Il-kappella ta Bir Miftuh tmur aktar il-boghod mill-aspett storiku. Il-legenda tghid li meta l-appostlu San Pawl inkalja ma gziritna fis-sena 60 wara Kristu ghadda min dawn l-inhawi u xebbah lil Madonna ma Bir Miftuh b’imhabba ghal- bniedem. Fil-Gudja nsibu bosta kappelli ohra fosthom dik li ahna l-Gudjani nsibuwha ta Loretu. Din tinsab vicin l-ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Skond diversi legendi din il-kappella originali kienet nbniet fl-1533 mill-kavallier Fra Imbert De Milines, imma verzjoni ohra tghid li l-kappella nbniet wara marda qerrieda tal-pesta fl-1676 b’inizjattiva ta’ Rev. Cens Grixti.Kappella ohra li tinsab fit-triq principali tal-Gudja hija dik iddedikata lil Santa Katerina u din giet mibnijja fl-1661. Fil-qalba tal-Gudja nsibu kappella ohra. Iddedikata lill-Madonna tal-Lunzjata. Din giet mibnija tard fil-medjuevu imma giet iddistruggita min xi imperu. Gegghet inbniet fl-1754. Xi haga partikolari li huwa veru interesanti huma graffiti li gew skoperti ricenti minn Angelo Dougall. Maz-zmien il-popolazzjoni tal-Gudja bdiet tikber u nhasset il-htiega li jinbnew diversi knejjes ohra mal-madwar u b’hekk il-Gudja kellha titlaq il-patrimonju taghha u hadet it-titlu ta ” Pluribus Parens”. Fil-Gudja nsibu wahda mill-isbah knejjes f’Malta. Il-knisja tal-Gudja tlestiet fl-1666 u kienet idissinjata mill-Arkitett Thomas Dingli. Fl-1858 inhadem kampnar iddisinjat min William Baker biex jizdied ma’ din il-knisja. Fis-sena 1860 Michelang Sapiano minn hal-Luqa hadem arlogg ghal fuqdan l-istess kampnar.Skrittura ma’ gend dan l-arlogg tghid hekk ” Pia gens hvivs paci sagram hana tuttim suoqere et opera a e dificavit anno MDCELX Gulielmo Baker architecto” jigifieri n-nies twajba ta’ dan il-villagg bnew dan il-kampnar min flushom u b’ xoghol taghhom stess fl-1860 taht id-direzzjoni ta William Baker. Fil-bidu tas-seklu dsatax inhadmet faccata gdida b’zewg kampnari ohra fuq still Barokk. Dawn gew iddisinjati u mahduma mill-Gudjan Angelo Dalli. Fis-sena 1822 l-istess artist hadem fuq l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju. F’din il-faccata nsibu tliet statwi ta’ Kristu, Mose u Elija u b’hekk nistghu nghidu li knisja tal-Gudja hija unika fl-istil taghha.Gojjel iehor li llum tista tghid li sar simbolu tal-Gudja huwa t-Torri tax-Xlejli. Dan jinsab f’nofs il-palazz maghruf Palazzo d’ Aurel, li kien mibni fiz-zmien l-ordni ta San Gwann ta’ Gerusalem. Dan inbena fl-1670 mill-familja b’kunjom Bonnici. F’dan il-palazz wiehed isib gnien sabih b’varjeta ta’ xoghol ta’ skultura u affarijiet prezzjuzi ohra. Illum dan jaqa taht propjeta privata, taht ir-residenti ta’ Baron of San Marciano, Gino Trapani Galea Feriol. Gnien sabih li jinsab fejn Bir Miftuh ukoll jinsab fil-mira ta’ hafna arkitetturi Maltin. Dal-gnien kien mibni that amministrazzjoni l-kawlieru Baron Alexander John Boli ghal George III , Re ta Great Brritian, Sultantal-gzira ta Malta u Ghawdex ghal zmien temporanju.

Skrittura antika li data taghha tmur lura ghal 1533 instabet fi riq principali tal-Gudja. Din l-iskrittura tghid hekk ” Anno incarnac Lonis Cristi MCCC.CCXXXIII di Maius sena 1533 illum 23 ta’ Mejju.

Bhal ma qrajtu fil-Gudja ghandna affarijiet prezzjuzi ghalhekk kull Gudjan ghandu jerfa’ ftit responsabilta’ biex izommu r-rahal taghna hekk sabih bhal ma hallewh ta’ qabilna.