Fratellanza

with No Comments

la-stella-gudja-dwar_fratellanza_2L-istorja tal-Kazin La Stella u l-festa tal-Madonna tar-Ruzarju tmur lura ghal bosta snin, infatti dawn jafu il-bidu taghhom il wisq antika fratellanza tas-Santissimus Ruzarju mwaqqfa f’1588 wara l-ewwel u l-unika fratellanza ta’ dak iz-zmien dik tas-Santissimus Sagrament.Il-Fratellanza hija moghmija b’ hafna affarijiet prezzjuzi fosthom zewg lampieri tal-fidda, zewg interni u salib tal-fidda, set iehor ta zewg interni u salib tal-metal li johorgu ghal purcissjoni,ventartal tal-fidda xoghol ta Manuel Buhagiar, sett fjuretti tal ganutell, kif ukoll bosta gandlieri ta’ l-injam indurati bil-fidda.┬áTa’ min jghid ukoll li fost l-armar tal-fratellanza ghandha ukoll salib bil-korp ta l-injam li kien jezizti fil-kapella ta Bir Miftuh, b’ghozza kbira il-fratellanza izomm il-bolla li tfakkar it-twaqqif taghha, din kienet giet moghtija mill-Papa ta dak iz-zmien u issa tinsab fis-sagristija tal-parocca artimatrici tal-Gudja. Din il-bolla tfakkar ukoll l-istess twaqqif ta l-istess fratellanza f’ Haz-Zebbug.la-stella-gudja-dwar_fratellanza_1

Fost dawn insibu l-artal kif ukoll il-kwadru iddedikat lil Madonna tar-Ruzarju li jinsab fuq ix-xellug tal-parocca. L-artal li hu maghmul mill-irham rarissimu li illum il-gurnat ma ghadux jezisti u hu l-istess artal li kien hemm fil-kapella ta Bir Miftuh,dan ingab fil-knisja parrokjali wara li din giet mibnija f’1656. Guzeppi Salerno huwa il-pittur tal-kwadru artistiku li hemm fuq dan l-artal li jiprezenta lill-vergni Marija izomm lil binha Gesu f’ idejha that il-barka taghha hemm rapprezentanti figuri ta San Gorg, San Duminku, Santa Katerina, u papa San Nikola. Dawn huma mdawra bi hmistax il-posta tar-Ruzarju.L-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju li nsibu illummhijiex l-unika wahda li ntuzat, qabilha kien hemm l-istatwa l-antika li illum tinsab fil-kappella tal-Lunzjata.Din hija xoghol f’injam mahduma min Anton Chircop f’1851 u kienet tohrog tlett darbiet fis-sena, ghal festa ta’ Santa Marija, ghal festa tal-Warda, kif ukoll ghal festa tal-Madonna tar-Ruzarju. Iktar tard inhasset il-htiega li din l-istatwa tinbidel, biex fl-1921 inbeda ix-xoghol fuq l-istatwa artistikali ghadna ingawdu sal-lum.Din saret mill-bravissimu statwarju Gudjan Angelo Dalli, li hi xoghol tal-karta pesta u l-ispiza lahqet is-somma ta ghaxar liri.Fl-1922 iddahlet ghal ewwel darba fil-pjazza tar-rahal fost il-ferh u l-entuzjazmu tal-partitarji Rizurjanti.Aktar tard inhadmu il-bradella u pedistal li huma mahduma fuq disinn ta Manuel Buhagiar, waqt li xoghol gie mahdum min ibnu Toni Buhagiar. Il-poplu Rizurjant huwa ferm kburi bil-wirt li thalla lilu ghaliex dan huwa kollhu frott tas-sagrificcju ta missirijietna li dejjem zammew hajja f’qalbhom imhabba lejn Marija Santissima.