Banda La Stella

with No Comments

Is-Socjeta Filarmonika La Stella giet mwaqqfa fl-1919 minn numru ta nies bi spirtu civiku socjali, b’imhabba ghal muzika, ghalhekk dejjem hadmet bis-shih biex tirnexx f’ghan taghha li kien ghadu dak li toffri taghlim tal-muzika b’xejn lil membri taghha.la-stella-gudja-dwar_banda_2

L-orkestra La Stella kienet imexxija mis-Surmast Vincenzo Caruana. L-Orkestra kienet tiehu sehem fil-festi li kienu jsiru fil-Gudja, fosthom dik tal-warda li kienet tigi ccelebrata fix-xahar ta Mejju, li kien jiehu hsiebha l-kazin La Stella u kienet tiehu sehem ukoll fil festa tal-Madonna tar-Ruzarju li kienet u ghada tigi ccelebrata fl-ewwel hadd ta Ottubru. Imma peress li din il-festa kienet issir b’purcissjoni bir-Ruzarju biss, l-orkestra kienet taghti is-sehem taghha fil-knisja. Fl-1936 giet trasferita u mibdula, biex tigi iffurmata l-ewwel banda fil-Gudja taght id-direzzjoni tas-Surmast Giovanni Maria Galdes. Bosta surmastrijiet mexxew din il-banda fosthom Gia Maria Abdilla warajh Emanuel Camilleri, Angelo Pace u fil-prezent insibu lil Mro Frans Pace,iben Angelo Pace. Is-success ta din il-banda baqa’ dejjem jikber flimkien ma numru ta’ bandisti tal-post li ghal, bosta snin uriet il-pontenzjali kbir taghha, billi kienet idoqq wehidha fi tliet festi fil-Gudja. Il-Banda La Stella kibret tant li kienet tiehu sehem ukoll fl-isfilati tal-Karnival gewwa il-Belt Valletta u f’14 il-sena irnexxieha tpoggi isimha u isem il-Gudja ghal xejn inqas min 4 darbiet l-ewwel, 3 darbiet it-tieni, darba it-tielet u darbtejn ir-raba’ u b hekk saret l-aqwa banda f’ Malta.

Fl-1986 gheluq il-50 sena taghha, il-banda La Stella giet mghotija bandiera Amerikana b’certifikat mis-senatur Amerikan li jixhed li din il-bandiera ittajret fuq il-White House fiz-zmien il-gwerra birda, taght is-sehem taghha ukoll f’ inkurazzjoni tar-Regina Elizabetta it-tieni li kien ta sodisfazzjon kbir ghal banda taghna. Izda dan ma kienx bizzejjed biex jissodisfa l-ambizzjoni ta’ din il-banda.la-stella-gudja-dwar_banda_1

Fl-1996 taght il-bravu u mikbi s-surmast Angelo Pace il-banda La Stella giet mistiedna f’ Sousse fit-Tunezija, biex b’hekk saret uniku banda fil-Gudja li gholliet l-isem tar-rahal taghna barra min xtutna. Fost it-talenti li hargu min din il-banda, jispikka dak tas Surmast Angelo Pace li dam ghal 50 sena fit-tmexxija tak-banda, filwaqt li ziedl-arkivji tal-banda muzika ta livell gholi, fosthom l-innu ta Santa Marija (Jum L-Assunta) u l-innu Gmiel ir-Ruzarju.Ghalhekk inheggu iktar partitarji biex jiehdu vantagg mit-taghlim li toffri b’xejn is-socjeta taghna biex b’hekk inkomplu inkabbru is-success li writna minghand missirijietna li kellhom tant imhabba ghal muzika.

Mro Vincenzo Caruana        1919 – 1921
Mro Salvatore Azzopardi      1922 – 1926
Mro Giomaria Abdilla            1927 – 1945
Mro Emmanuel Camilleri 1945
Mro Angelo Pace L (Mus) LCM MPRS (London )     1946 – 1998
Mro Francis Pace                 1998 – 2012
Mro Michael Pulis                 2013