Mil-Maħżen Tal-Armar

Kull soċju jista’ jikkontesta l-elezzjoni għall-membru tal-kumitat u dan jista’ jsir billi jimtlew l-applikazzjonijiet apposta li jinħarġu ftit qabel is-seduta ġenerali annwali. Madanakollu, dawk kollha li jikkontestaw irid ikollhom il-ħlas tat- tessera annwali tagħhom aġġornata..

pilandri


Fost il-friegħi dinamiċi li nsibu fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella nsibu l- grupp tal-armar. Il-grupp tal-armar, filwaqt li minn żmien għal żmien jieħu ħsieb jżanżan affarijiet ġodda, jaħdem ukoll kontinwament fil-manutenzjoni tal-armar li jintrama fi żmien il-festa.

Fil-preżent l-armar għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju jinkludi kullana artistika ta’ statwi li jimlew il-pjazza magħmula minn statwa tal-Madonna tar- Rużarju, li tintrama faċċata tal-bieb prinċipali tal-Knisja u li tittella’ formalment waqt il-marċ tal-Ġimgħa filgħaxija, statwa ta’ San Duminku ta’ Ġużman, Santa Katerina ta’ Siena, Santa Roża ta’ Lima, San Vinċenz Ferreri u l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa. Dawn saru kollha mill-artist Żebbuġi Jesmond Bonello u nħadmu bejn nofs is-snin disgħin u l-bidu tas-snin elfejn. L-istatwi tal-pjazza tħallsu kollha mill-benefetturi tas-Soċjetà.

Minbarra dawn l-istatwi, fil-ġranet tal-festa tal-Madonna tar-Rużarju, dawk kollha li huma dilettanti tal-armar jistgħu japprezzaw ukoll sett ta’ 6 trofej li bdew jiżżanżnu 2004 u li tlestew fl-2007. Magħhom wieħed isib ukoll sett ta’ 12-il pilandra li żżanżnu fl-1988. Ix-xogħol tal-irħamar fuq dawn il-kolonni inħadem kollu minn Raymond Galea filwaqt li l-istess kolonni, l-iskultura u l- induratura tagħhom inħaddmu mill-membri fi ħdan il-grupp tal-armar. Minbarra dan ix-xogħol wieħed jista’ jara wkoll numru ta’ pavaljuni u bandalori artistiċi li jintramaw kemm fil-pjazza kif ukoll fit-toroq tal-madwar.


Fil-preżent il-grupp tal-armar qed jaħdem fuq il-proġett ambizzjuż tal-planċier il-ġdid. Dan mistenni jieħu post il-planċier eżistenti li ilu jitgawda u jsebbaħ il- pjazza tal-Gudja sa mis-snin sebgħin.