Misteri Tad-Dawl

Ġesu’, wara li tgħammed, minnufih tela’ mill-ilma; u ara, is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u jieqaf fuqu. U mis-smewwiet instema’ leħen igħid “Dan hu Ibni l-għażiż; fih sibt il-għaxqa tiegħi.”
Imbagħad il-pitgħada sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesu’ kienet hemm. Ġesu’ kien mistieden għat-tieġ ukoll, flimkien mad-dixxipli tiegħu. Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesu’ qaltlu: “Ma għandhomx inbid” U Ġesu’ qalilha: “Aħna x’għandna x’naqsmu mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.” Omm Ġesu’ qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu.”
Iż-żmien intemm, u s-saltna t’Alla fil-qrib, indmu u emmnu fil-kelma t’Alla.
Ġesu’ ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja,u tbiddel quddiemhom. U lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb; ebda ħasil fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma Mose’, it-tnejn jitkellmu ma’ Ġesu’. Qabad Pietru u qal lil Ġesu’: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mose’ u waħda għal Elija.”
Huma u jieklu,Ġesu’ ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newlu lid-dixxipli u qal: “Ħudu, kulu, dan hu ġismi.”Imbagħad ħa l-Kalċi f’idejh, radd il-ħajr, newlilhom il-kalċi u qal: “Ixorbu lkoll minnu, għax dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet. Ngħidilkom li ma nerġax nixrob iżjed minn dan il-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta’ Missieri.”